Il-mexxejja lokali se jiddiskutu bejniethom biex jaraw kif is-sagrament jista’ jkun disponibbli għall-membri mill-inqas darba fix-xahar
L-Ewwel Presidenza u l-Kworum tat-Tnax-il Appostlu tal-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien bagħtu l-ittra li ġejja li ġġib id-data tat-12 ta’ Marzu, 2020, lill-membri tal-Knisja madwar id-dinja.
Għeżież Ħuti,
Kif wiegħedna fl-ittra tagħna li ġġib id-data tal-11 ta’ Marzu, 2020, aħna se nkomplu nosservaw il-kundizzjonijiet dejjem jinbidlu relatati mal-COVID-19 madwar id-dinja. Aħna kkunsidrajna l-parir tal-mexxejja lokali tal-Knisja, tal-uffiċjali tal-gvern u tal-professjonisti mediċi, u rajna li niksbu wkoll il-gwida tal-Mulej f’dawn il-ħwejjeġ. Issa aħna se nipprovdu d-direzzjoni aġġornata li ġejja.
B’effett immedjat, laqgħat pubbliċi li fihom ikun hemm numru kbir ta’ membri tal-Knisja qed jiġu temporanjament sospiżi madwar id-dinja sakemm ninfurmawkom mod ieħor. Dawn jinkludu:
Konferenzi tal-wited, konferenzi tat-tmexxija u laqgħat oħra b’numru kbir ta’ nies
Is-servizzi pubbliċi ta’ qima kollha, inkluż il-laqgħat tas-sagrament
Attivitajiet tal-fergħa, tal-qasam u tal-wited
Fejn hu possibbli, jekk jogħġobkom mexxu kwalunkwe laqgħat tat-tmexxija li huma essenzjali permezz tat-teknoloġija. Ċerti mistoqsijiet speċifiċi tistgħu tagħmluhom lill-mexxejja lokali tas-saċerdozju. Aktar ’il quddiem se nipprovdulkom aktar direzzjoni relatata ma’ ħwejjeġ oħra.
L-isqfijiet għandhom jiddiskutu mal-president tal-wited tagħhom biex jaraw kif is-sagrament jista’ jkun disponibbli għall-membri mill-inqas darba fix-xahar.
Aħna nħeġġu lill-membri fl-isforzi tagħhom tal-ministeru biex jieħdu ħsieb xulxin. Aħna għandna nimxu wara l-eżempju tas-Salvatur biex inbierku u nelevaw lil xulxin.
Aħna nagħtu x-xhieda tagħna dwar l-imħabba tal-Mulej f’dan iż-żmien ta’ inċertezza. Huwa jberikkom sabiex issibu l-ferħ hekk kif tagħmlu l-almu tagħkom biex tgħixu l-evanġelju ta’ Ġesù Kristu f’kull ċirkustanza.
B’sinċerità,
L-Ewwel Presidenza u l-Kworum tat-Tnax-il Appostlu